13 Points of Gemini
May 27, 2024L-ASPETT TAN-NEW MOON GĦAŻ-ŻODJAKU TA’ GEMINI mwassal mill-Astroloġista PaulJon
June 30, 2024IL-BIDU TAT-TLETTAX ŻODJAKU TA’ GEMINI mwassal mill-Astroloġista PaulJon
Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Aries (Il-Kbix) mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Aries ser ikun bidu ta’ aktar għarfien profond lejn dawk il-miri prinċipali li sa issa minħabba raġunijiet varji int ma stajtx twettaq u għalhekk issa int tinsab aktar iffokat u immotivat sabiex tgħaraf aħjar kif tista twettaq dawn il-miri. Għaraf u analizza.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine.Namaste
Taurus (It-Tawr) mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Taurus ser ikun bidu ta’ aktar kunfidenza fik innifsek, kunfidenza li dan l-aħħar bħal qisek tlifta u bħal qisek bdejd taqta lura. Iżda issa dan huwa l-passat u għalhekk ħares lejn il-ġimgħat li ġejjin b’aktar ħeġġa u kunfidenza sabiex titkattar aktar.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber.Namaste
Gemini (It-Tewmin) mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik l-istess Gemini ser ikun bidu ta’ riflessjoni profonda ta’ dak li int tant tixtieq twettaq. Għalkemm qiegħed ikun hemm diversi sitwazzjonijiet quddiemek li dawn jistaw jaqtawlek dik il-motivazzjoni, int xorta waħda trid tibqa temmen fik innifsek u f’dak li tixtieq li jiġri. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste
Cancer (Il-Qabru) mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Cancer ser ikun bidu ta’ aktar determinazzjoni lejn il-ħajja tiegħek. Għalkemm bħalissa qiegħed tesperjenza ostakoli li jidru ferm diffiċli, dan m’għandux iżommok milli tkompli għaddej b’dak li hemm bżonn li jitwettaq. Ħafna drabi hija d-determinazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minnha li tkattarna. Għalhekk analizza b’għaqal.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste
Leo (Id-Durbies) mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini Leo ser ikun bidu ta’ aktar għarfien ta’ kif trid isib kemm ħin għalik u għal dawk ta’ madwarek. Il-ħin lejn il-ħidma tiegħek huwa mportanti iżda dan m’għandux itellfek milli int ikollok dak l-ispazju għalik u għal dawk ta’ madwarek. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz.Namaste
Virgo (L-Għodra) mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Virgo ser ikun bidu ta’ ħarsa profonda lejn dawk l-erba’ ġimgħat li int għadek kif esperjenzajt meta grazzi għal l-erba’ ġimgħat fiż-żodjaku tiegħek, int kellek dak kollu favur tiegħek u issa trid tgħaraf twettaq dan b’għaqal.
Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Namaste
Libra (Il-Miżien) mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Libra ser ikun bidu ta’ fażi ta’ erba’ ġimgħat fejn int għandek ċans tajjeb li għal grazzi li ser tkun qiegħed tesperjenza l-istess żodjaku tiegħek dan għandu jagħtik dik l-opportunita’ sabiex dak kollu li int tixtieq ikun imwettaq. Għalhekk għaraf sew dawn l-erba’ ġimgħat.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade.Namaste
Scorpio (L-Għaqreb) mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Scorpio ser ikun bidu ta’ ippjanar aktar organizzat. Int persuna li dak li tippjana, tippjanah sal-aħħar dettal u issa f‘dawn il-ġimgħat int ser tgħaraf tkun kapaċi twettaq ippjanar aktar iddettaljat u dan jista jiftaħlek toroq li forsi ma kontx qiegħed tistenna. Għalhekk hejji għal dan. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste
Sagittarius (Il-Qaws) mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini Sagittarius ser ikun il-bidu ta’ għarfien ta’ aktar responsabbilta’ lejn il-familja tiegħek u lejn dawk ta’ madwarek. Responsabbilta’ li tgħaraf dawk il-bżonnijiet li minħabba impenji oħra ma’ kontx qiegħed twettaq. Għalhekk issa huwa l-mument utili li tgħaraf dan.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste
Capricorn (Il-Wott) mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Capricorn ser ikun il-bidu li tanalizza aħjar kif tista t-tejjeb is-saħħa tiegħek. Int taf li hemm bżonn tanalizza aħjar id-dieta tiegħek, il-ħin għal eżerċizzju u l-ħin ta’ relass. Għalhekk meta int tgħaraf dan kollu żgur li saħħtek ser tkun f’qagħda aħjar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Namaste
Aquarius (Iż-Żir) mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Aquarius ser ikun il-bidu li tgħaraf aħjar fejn int tista tkun aħjar. Għalkemm hemm bosta sitwazzjonijiet madwarek, f’dan iż-żodjaku dan jista jkun il-vleġġa tiegħek li tasal, twettaq u tgħaraf dak li int tħoss ġewwa fik. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste
Pisces (Il-Ħut) mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-bidu ta tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Pisces ser ikun il-bidu sabiex int tibda tikkalma u grazzi għal dan int tkun f’qagħda li tgħaraf aħjar il-madwar tiegħek. Meta int ser tkun aktar kalm ser tkun kapaċi tirraġuna aħjar, tirrifletti aħjar u tgħaraf aħjar. Għalhekk hu ħsieb. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste
Namaste
PaulJon | D Psychic Consultant & Author