13 Points of Capricorn
January 16, 2025Tbassir tal-Oroskopju għas-Sena 2025 - IMĦABBA - KARRIERA - TBASSIR GĦALIK U AKTAR mwassal mill-Astroloġista PaulJon
Mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Aries (Il-Kbix) mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ ARIES – Sena 2025
IMĦABBA: Int trid tagħraf aktar eżattament il-parti l-oħra x’tixtieq. Ħafna drabi m’intix qed tagħraf sew dan.
KARRIERA: Wessa’ aktar lilek sabiex tagħti spazju għal opinjoni. M’hemm xejn ħażin li tisma ideat oħra.
TBASSIR GĦALIK: Għandek bżonn ta’ aktar għarfien f’dak it-twettiq li tixtieq. Dan jaf jagħmlek bla paċenzja iżda int taf mill-esperjenzi passati x’ġarrabt. Għalhekk imxi pass pass u mhux oltre. Agħraf it-TRANKWILLITÀ.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA L-ERBGĦA.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA OTTUBRU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA: LEO – CAPRICORN – SAGITTARIUS.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ SCORPIO.
Taurus (It-Tawr) mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
IMĦABBA: Hemm bżonn ta’ motivazzjoni. Kun avventuruż aktar. Tibqax iwaħħal fl-istess pożizzjoni.
KARRIERA: Deċiżjoni jekk għandekx tidħol f’iżjed responsabiltà se tkun madwarek. Agħraf ġorr kemm tiflaħ mhux oltre.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena li tħossok li trid l-affarijiet ta’ madwarek ikunu fuq pass aktar mgħaġġel. Dan jaf ikun tajjeb sabiex tagħraf tikkontrolla aktar dawk id-deċiżjonijiet li hemm resqin lejk. IRRIFLETTI.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA S-SIBT.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA LULJU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA CAPRICORN – GEMINI – VIRGO.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ LEO.
Gemini (It-Tewmin) mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
IMĦABBA: Agħraf sew il-bilanc u l-ħtiġijiet sabiex b’hekk tkompli dejjem tkattar dak li hemm.
KARRIERA: Bosta toroq se jinfetħu. Bosta ideat se jkunu qed iduru. Agħraf sew l-esperjenzi.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena li tagħmlek aktar aggressiv fl-ambizzjonijiet tiegħek personali. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik għall-mod kif tesprimi u żżomm kontroll. Imxi biss b’moħħok. ANALIZZA.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA L-ĦAMIS.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA NOVEMBRU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA AQAURIUS – TAURUS – LIBRA.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ CAPRICORN.
Cancer (Il-Qabru) mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
IMĦABBA: Sforzi li wettaqt matul ix-xhur jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex tibda triq ġdida.
KARRIERA: Idea li se tieħu taf tkun bidla fundamentali pożittiva għal aktar stabibiltà fil-karriera futura.
TBASSIR GĦALIK: Se tagħraf aħjar kif se tibda twettaq aktar ċertu deċiżjonijiet, l-influwenzi jew gwidi li kont tieħu sejrin jintemmu. Dan se jurik dik id-differenza fik. AGĦRAF SEW DAN.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA T-TLIETA.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA SETTEMBRU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA SCORPIO – GEMINI – PISCES.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ LEO.
Leo (Id-Durbies) mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
IMĦABBA: Wasal iż-żmien li int ma tibżax twassal l-ideat jew ix-xewqat tiegħek. Wasal iż-żmien li int twassal ix-xewqat b’mod bilanċjat.
KARRIERA: Offerta ta’ opportunità se tkun proposta għalik iżda din jaf ikollha t-toqol tagħha. Għalhekk ifhem sew il-kundizzjonijiet.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena li tippermettilek li l-abbiltà titqawwa aktar fik u tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja personali. B’hekk int se żżid il-kunfidenza fik innifsek. IRRIFLETTI.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA L-ERBGĦA.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA APRIL.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA ARIES – AQUARIUS – SAGITTARIUS.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’SCORPIO.
Virgo (L-Għodra) mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
L-IMĦABBA: Hemm bżonn ta’ spazju għal aktar ħin f’dan ir-rigward. It-twettiq tiegħek matul din is-sena jitkattar kemm se tkun passjonat fl-imħabba.
KARRIERA: Bosta toroq huma lesti GĦALIK iżda aħseb fil-qawl Malti li “mhux kulma jleqq huwa deheb”. Analizza b’għaqal kull opportunità.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena li l-ħajja ta’ madwaretk se tkun fq pass aktar mexxej mis-soltu. Dan se jagħmlek aktar motivat u aktar attiv iżda dan ifisser li tiżen aktar fil-fond dak li int se twettaq. RIFLESSJONI PROFONDA.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA L-ĠIMGĦA.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA DICEMBRU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA TAURUS – CANCER – CAPRICORN.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ ARIES.L-IMĦABBA: Hemm bżonn ta’ spazju għal aktar ħin f’dan ir-rigward. It-twettiq tiegħek matul din is-sena jitkattar kemm se tkun passjonat fl-imħabba.
KARRIERA: Bosta toroq huma lesti GĦALIK iżda aħseb fil-qawl Malti li “mhux kulma jleqq huwa deheb”. Analizza b’għaqal kull opportunità.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena li l-ħajja ta’ madwaretk se tkun fq pass aktar mexxej mis-soltu. Dan se jagħmlek aktar motivat u aktar attiv iżda dan ifisser li tiżen aktar fil-fond dak li int se twettaq. RIFLESSJONI PROFONDA.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA L-ĠIMGĦA.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA DICEMBRU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA TAURUS – CANCER – CAPRICORN.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ ARIES.
Libra (Il-Miżien) mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
IMĦABBA: L-esperjenza għallmitek li xejn ma trid tieħu “forgranted”. Għalhekk għandek titgħallem sew minn dan.
KARRIERA: Għandek tkattir u stabbiltà biżżejjed sabiex żgur int tkompli miexi lejn aktar proġetti.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena li għandha twasslek lejn aktar bilanċ. Għalkemm se tkun iffokat fuq diversi proġetti godda, dan ma għandux itellfek mill-bilanċ fil-madwar tiegħek. ANALIZZA.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA T-TLIETA.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA LULJU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA AQUARIUS – VIRGO – GEMINI.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ CAPRICORN.
Scorpio (L-Għaqreb) mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
IMĦABBA: L-esperjenzi għallmuk kemm trid tagħraf tisma u fejn ikun meħtieġ tadatta. Hekk għandek tkompli għaddej għal aktar kuntentizza.
KARRIERA: Ħares lejn ix-xhur li ġejjin b’aktar determinazzjoni. Dak li seħħ issa jinsab warajk. Żomm lilek innifsek lejn aktar determinazzjoni.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena li tagħmlek aktar ċert fik innifsek dwar it-tfassil u l-pjanijiet li hemm bżonn tibda twettaq. Però agħraf żomm lilek kawt biex b’hekk ikollok kwadru komplut. AGĦRAF SEW.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA S-SIBT.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA LULJU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA CANCER – CAPRICORN – PISCES.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ ARIES.
Sagittarius (Il-Qaws) mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
IMĦABBA: Is-sensittività se tkompli tkun iċ-ċentru tat-tkattir u dan jawgura tajjeb sabiex dak li hemm ikompli jissaħħaħ.
KARRIERA: It-tkattir li int esperjenzajt tul dawn l-aħħar xhur ser ikompli jagħtik aktar riżultati pożittivi.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena ffokata dwar aktar tkabbir fil-ħidma tiegħek. Dan ovvjament sabiex issa żżid dik il-possibilità ta’ tibdil. Hekk iżżomm lilek iffokat sabiex l-istabbilità tkompli titkattar. ANALIZZA.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA L-ĦAMIS
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA ĠUNJU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA ARIES – GEMINI – LEO.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ PISCES.
Capricorn (Il-Wott) mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
IMĦABBA: Ser tkun qed tesperjenza l-ewwel responsabbiltà. Dan issa se jagħmlek tagħraf aktar il-pożizzjoni tiegħek.
KARRIERA: Deċiżjoni dwar direzzjoni ġdida se tkun qiegħda riesqa. Direzzjoni li int trid tagħraf tanalizza sew.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena ta’ opportunità ġdida. Dan żgur ikun dak il-mument li int tkompli tkabbar il-madwar kollu tiegħek f’dak li int dejjem xtaqt. Dan kemm fil-karriera tiegħek kif ukoll għall-madwar komplut tieghek. ANALIZZA.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA L-ERBGĦA.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA APRIL.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA TAURUS – SCORPIO – VIRGO
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ LIBRA.
Aquarius (Iż-Żir) mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
IMĦABBA: Agħraf żomm attenzjoni sabiex dak li hemm ikompli jitkattar.
KARRIERA: Tibdil huwa mistenni għalik iżda dan jekk int tkun vera tixtiequ.
TBASSIR GĦALIK: Matul din is sena se tagħraf rankatura fil-karriera tiegħek fejn int trid iżżomm lilek iffokat aktar mis-soltu biex ma twettaqx ċertu żbalji li jistgħu jkunu ta’ konsegwenzi. IRRIFLETTI.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA T-TLIETA.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA MEJJU.
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA LIBRA – VIRGO – GEMINI.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ ARIES.
Pisces (Il-Ħut) mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
IMĦABBA: Tirrepetix żbalji li diġà int ġarrabt matul is-sena 2024. Agħraf minn dawn u mexxi.
KARRIERA: Agħraf kun aktar iffokat sabiex issa tkompli titkattar f’aktar stabbiltà.
TBASSIR GĦALIK: Se tkun sena li tħossok b’aktar mimli b’ħeġġa u determinazzjoni. Minħabba f’hekk, int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm aktar lilek innifsek kif ukoll aktar is-sitwazzjonijiet ta’ madwarek. Agħraf dan u kun KAWT.
L-AKTAR JUM IDEALI GĦALIK HUWA L-ĠIMGĦA.
L-AKTAR XAHAR IDEALI GĦALIK HUWA SETTEMBRU
TLIET ŻODJAKI IDEALI GĦALIK HUMA SCORPIO – LEO – PISCES.
EVITA Ż-ŻODJAKU TA’ CAPRICORN.
Namaste
PaulJon | D Psychic Consultant & Author