PAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SEC
  • HOME
  • ABOUT
  • HOROSCOPE
  • ARTICLES
  • PUBLICATIONS
  • NAMASTE
  • SERVICES
  • CONTACT
✕
13 Points of Gemini
May 27, 2024
L-ASPETT TAN-NEW MOON GĦAŻ-ŻODJAKU TA’ GEMINI mwassal mill-Astroloġista PaulJon
June 30, 2024
June 10, 2024

IL-BIDU TAT-TLETTAX ŻODJAKU TA’ GEMINI mwassal mill-Astroloġista PaulJon

Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Aries (Il-Kbix) mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  għalik Aries ser ikun bidu ta’ aktar għarfien profond lejn dawk il-miri prinċipali li sa issa minħabba raġunijiet varji int ma stajtx twettaq u għalhekk issa int tinsab aktar iffokat u immotivat sabiex tgħaraf aħjar kif tista twettaq dawn il-miri.  Għaraf u analizza.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine.Namaste

Taurus (It-Tawr) mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  għalik Taurus ser ikun bidu ta’ aktar kunfidenza fik innifsek, kunfidenza li dan l-aħħar bħal qisek tlifta u bħal qisek bdejd taqta lura.  Iżda issa dan huwa l-passat u għalhekk ħares lejn il-ġimgħat li ġejjin b’aktar ħeġġa u kunfidenza sabiex titkattar aktar.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber.Namaste

Gemini (It-Tewmin) mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  għalik l-istess Gemini ser ikun bidu ta’ riflessjoni profonda ta’ dak li int tant tixtieq twettaq.  Għalkemm qiegħed ikun hemm diversi sitwazzjonijiet quddiemek li dawn jistaw jaqtawlek dik il-motivazzjoni, int xorta waħda trid tibqa temmen fik innifsek u f’dak li tixtieq li jiġri. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye.  Namaste

Cancer (Il-Qabru) mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  għalik Cancer ser ikun bidu ta’ aktar determinazzjoni lejn il-ħajja tiegħek.  Għalkemm bħalissa qiegħed tesperjenza ostakoli li jidru ferm diffiċli, dan m’għandux iżommok milli tkompli għaddej b’dak li hemm bżonn li jitwettaq.  Ħafna drabi hija d-determinazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minnha li tkattarna.  Għalhekk analizza b’għaqal.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste

Leo (Id-Durbies) mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  Leo ser ikun bidu ta’ aktar għarfien ta’ kif trid isib kemm ħin għalik u għal dawk ta’ madwarek.  Il-ħin lejn il-ħidma tiegħek huwa mportanti iżda dan m’għandux itellfek milli int ikollok dak l-ispazju għalik u għal dawk ta’ madwarek. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz.Namaste

Virgo (L-Għodra) mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  għalik Virgo ser ikun bidu ta’ ħarsa profonda lejn dawk l-erba’ ġimgħat li int għadek kif esperjenzajt meta grazzi għal l-erba’ ġimgħat fiż-żodjaku tiegħek, int kellek dak kollu favur tiegħek u issa trid tgħaraf twettaq dan b’għaqal.

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Namaste

Libra (Il-Miżien) mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini għalik Libra ser ikun bidu ta’ fażi ta’ erba’ ġimgħat fejn int għandek ċans tajjeb li għal grazzi li ser tkun qiegħed tesperjenza l-istess żodjaku tiegħek dan għandu jagħtik dik l-opportunita’ sabiex dak kollu li int tixtieq ikun imwettaq.  Għalhekk għaraf sew dawn l-erba’ ġimgħat.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade.Namaste

Scorpio (L-Għaqreb) mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  għalik Scorpio ser ikun bidu ta’ ippjanar aktar organizzat.  Int persuna li dak li tippjana, tippjanah sal-aħħar dettal u issa f‘dawn il-ġimgħat int ser tgħaraf tkun kapaċi twettaq ippjanar aktar iddettaljat u dan jista jiftaħlek toroq li forsi ma kontx qiegħed tistenna.  Għalhekk hejji għal dan.  Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste

Sagittarius (Il-Qaws) mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  Sagittarius ser ikun il-bidu ta’ għarfien ta’ aktar responsabbilta’ lejn il-familja tiegħek u lejn dawk ta’ madwarek.  Responsabbilta’ li tgħaraf dawk il-bżonnijiet li minħabba impenji oħra ma’ kontx qiegħed twettaq.  Għalhekk issa huwa l-mument utili li tgħaraf dan.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste

Capricorn (Il-Wott) mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  għalik Capricorn ser ikun il-bidu li tanalizza aħjar kif tista t-tejjeb is-saħħa tiegħek.  Int taf li hemm bżonn tanalizza aħjar id-dieta tiegħek, il-ħin għal eżerċizzju u l-ħin ta’ relass.  Għalhekk meta int tgħaraf dan kollu żgur li saħħtek ser tkun f’qagħda aħjar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Namaste

Aquarius (Iż-Żir) mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  għalik Aquarius ser ikun il-bidu li tgħaraf aħjar fejn int tista tkun aħjar.  Għalkemm hemm bosta sitwazzjonijiet madwarek, f’dan iż-żodjaku dan jista jkun il-vleġġa tiegħek li tasal, twettaq u tgħaraf dak li int tħoss ġewwa fik.  Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone.  Namaste

Pisces (Il-Ħut) mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’dan il-bidu ta tielet  żodjaku ta’ Gemini  għalik Pisces ser ikun il-bidu sabiex int tibda tikkalma u grazzi għal dan int tkun f’qagħda li tgħaraf aħjar il-madwar tiegħek.  Meta int ser tkun aktar kalm ser tkun kapaċi tirraġuna aħjar, tirrifletti aħjar u tgħaraf aħjar.  Għalhekk hu ħsieb. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal.  Namaste

Namaste

PaulJon | D Psychic Consultant & Author

Share
2

Related posts

March 17, 2025

BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more
March 16, 2025

13 Points of Pisces


Read more
February 18, 2025

BIDU TAL-ĦDAX IŻ-ŻODJAKU TA’ AQUARIUS mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more

Comments are closed.

PaulJon13

PaulJon D Spiritual Consultant is gifted,
truly and genuinely chosen to
spiritually guide you.

ASTROLOGIST, PSYCHIC, MEDIUM,
SPIRITUAL CONSULTANT & AUTHOR

Address

A3 Towers, Namaste Apartments
Triq il-Kanonku Karm M Bologna
Paola PLA1560, Malta

Contact

dspiritualist@pauljon13.com
+356 9901 3600
+356 79495804

Latest Articles

  • BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon
    March 17, 2025
  • 13 Points of Pisces
    March 16, 2025
© 2023 | All rights reserved. Designed & Developed by SEANCINI | CREATIVE GURU