PAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SEC
  • HOME
  • ABOUT
  • HOROSCOPE
  • ARTICLES
  • PUBLICATIONS
  • NAMASTE
  • SERVICES
  • CONTACT
✕
BIDU TAT-TIENI ŻODJAKU TA’ TAURUS (IT-TAWR) mwassal mill-Astroloġista PaulJon
May 8, 2024
13 Points of Gemini
May 27, 2024
May 20, 2024

L-OROSKOPJU GĦAN-NEW MOON TAŻ-ŻODJAKU TA’ TAURUS mwassal mill-Astroloġista PaulJon

Mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Aries (Il-Kbix) mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aries se tkun ġimgħa ta’ aspirazzjoni lejn dawk ix-xewqat li int għandek fik. Tibżax tibda twettaq dawn ix-xewqat. B’hekk int tħossok riesaq lejn diversi aspetti. 

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste 

Taurus (It-Tawr) mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus se tkun ġimgħa fejn issa trid turi kemm int kapaċi f’dawk il miri li rnexxielek tilħaq. Int taf li kulħadd qed jistenna minnek ċertu riżultati. Għalhekk uri ħiltek. 

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste

Gemini (It-Tewmin) mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini se tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar organizzat. Għalkemm int dejjem imħejji u preparat tajjeb dan jawgura tajjeb sabiex ma jkunx hemm xi kumplikazzjonijiet.

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Onyx.Namaste

Cancer (Il-Qabru) mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer trid tkun ġimgħa ta’ aktar dixxiplina miegħek innifsek b’mod speċjali fil-palat tiegħek fejn f’dawn l-aħħar ġimgħat bdejt tinkwieta minħabba bidla fid-dehra tiegħek. Għalhekk kun aktar dixxiplinat. Analizza.

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste

Leo (Id-Durbies) mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Leo se tkun ġimgħa ta’ aktar ħeġġa. F’dawn l-aħħar ġimgħat bħal qisek tlift dik il-ħeġġa. Għalhekk issa ħares biss lejn il-ġimgħat li ġejjin sabiex terġa’ tikseb aktar stabbiltà.

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste

Virgo (L-Għodra) mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus ghalik Virgo se tkun ġimgħa li tħejji għal pawża qasira mir-rutina. Pawża qasira sabiex b’hekk int tidħol aktar frisk għall-ħidma li tant tagħtik sodisfazzjon. 

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Opal. Namaste

Libra (Il-Miżien) mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Libra se tkun ġimgħa fejn trid tagħraf aħjar il-finanzi tiegħek l-aktar dwar ċertu infiq li dan l-aħħar bdejt tesperjenza. Issa trid twettaq bilanċ aktar iffokat. 

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tiger’s Eye. Namaste 

Scorpio (L-Għaqreb) mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio se tkun ġimgħa fejn tibda tanalizza aħjar il-pożizzjoni tiegħek lejn diversi sitwazzjonijiet. Taf li qed tesperjenza ċertu problemi. Għalhekk wettaq analiżi profonda ħalli ssib kontroll sinjifikanti.

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarin. Namaste

Sagittarius (Il-Qaws) mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittarius se tkun ġimgħa ta’ perjodu ferm interessanti sabiex tagħraf tilħaq diversi aspetti li żgur għandhom ikunu ta’ tkattir għalik personali. Irrifletti.

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Lemon Quartz. Namaste

Capricorn (Il-Wott) mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn se tkun ġimgħa li trid iżżomm kalm u ma tgħaġġilx fl-ebda deċiżjoni li int tkun trid tieħu. Taf li hemm deċiżjonijiet jistennewk. Għalhekk aħseb u analizza sew.

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste

Aquarius (Iż-Żir) mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius se tkun ġimgħa li int trid tagħmel analiżi dwar l-esperjenzi passati. Grazzi għal dan int tista’ tkun. Ħares u imxi biss ‘il quddiem.

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye. Namaste

Pisces (Il-Ħut) mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces se tkun ġimgħa fejn int trid tifli ferm sew dak li int għandek illum ma’ dak li tixtieq takwista f’dak li hemm riesaq lejk. Għalhekk wettaq riflessjoni profonda.

Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste

 SEBA’ VOUCHERS TA’ €7 GĦALIK

 • L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 79495804 se jingħataw Voucher ta’ €7 li jissarraf fil-pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon. 

• L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 99013600 se jingħataw Voucher ta’ €7 li jissarraf fi Free Fitness Class ma’ Graziella Miruzzi. 

 Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. Namaste 

Namaste

PaulJon | D Psychic Consultant & Author

Share
2

Related posts

March 17, 2025

BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more
March 16, 2025

13 Points of Pisces


Read more
February 18, 2025

BIDU TAL-ĦDAX IŻ-ŻODJAKU TA’ AQUARIUS mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more

Comments are closed.

PaulJon13

PaulJon D Spiritual Consultant is gifted,
truly and genuinely chosen to
spiritually guide you.

ASTROLOGIST, PSYCHIC, MEDIUM,
SPIRITUAL CONSULTANT & AUTHOR

Address

A3 Towers, Namaste Apartments
Triq il-Kanonku Karm M Bologna
Paola PLA1560, Malta

Contact

dspiritualist@pauljon13.com
+356 9901 3600
+356 79495804

Latest Articles

  • BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon
    March 17, 2025
  • 13 Points of Pisces
    March 16, 2025
© 2023 | All rights reserved. Designed & Developed by SEANCINI | CREATIVE GURU