13 Points of Taurus
May 8, 2024L-OROSKOPJU GĦAN-NEW MOON TAŻ-ŻODJAKU TA’ TAURUS (IT-TAWR) mwassal mill-Astroloġista PaulJon
May 20, 2024IL-BIDU TAT-TNAX ŻODJAKU TA’ Taurus mwassal mill-Astroloġista PaulJon
Mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Aries (Il-Kbix) mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aries se tkun ġimgħa li issa trid tagħraf aħjar dik id-direzzjoni li tkun ideali għalik. Taf li għandek opportunità sabiħa quddiemek iżda trid tagħraf dik id-direzzjoni utli għalik. Aries huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu joffru. Namaste
Taurus (It-Tawr) mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus se tkun il-bidu ta’ fażi fejn issa int għandek dik l-opportunità li kapaċi tkattar lilek minn kull angolu tal-ħajja. Għalhekk analizza. Taurus huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda. Namaste
Gemini (It-Tewmin) mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini se tkun dik il-ġimgħa fejn trid b’għaqal tagħraf tqassam kemm dak li int qed tesperjenza kif ukoll għal dak li hemm riesaq lejk. Toqgħodx tinkwieta. Agħraf twettaq bilanċ. Gemini huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste
Cancer (Il-Qabru) mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer se tkun ġimgħat fejn int trid tkun aktar kunfidenti, trid toħloq ambjent ta’ kunfidenza ġewwa fik sabiex grazzi għal din il-kunfidenza int tkun kapaċi tmexxi aktar lilek. Cancer huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste
Leo (Id-Durbies) mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Leo se tkun ġimgħat ta’ determinazzjoni fejn għalkemm fil-preżent int qed tesperjenza xi intoppi dan m’għandux iżommok milli int tkompli tħares lejn futur aktar stabbli. Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste
Virgo (L-Għodra) mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo se tkun ġimgħat fejn se tagħraf tanalizza l-pożizzjoni tiegħek jekk għadhiex waħda li int tixtieq. Int bdejt bħal tħoss ġewwa fik li jista’ jkun wasal il-mument għal bidla. Irrifletti. Virgo huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste
Libra (Il-Miżien) mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Libra se tkun ġimgħa li minn issa ‘l quddiem trid tkun aktar iffokat lejn il-ħidma li fil-preżent għandha bżonn aktar l-attenzjoni tiegħek. Kun aktar kunfidenti sabiex tilħaq il-miri tiegħek. Libra huma magħrufin għall-ħeġġa fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Namaste
Scorpio (L-Għaqreb) mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio se tkun dik il-ġimgħa fejn int trid tieħu pawża min dak li hemm madwarek pawza sabiex grazzi għal dan int tkun kapaċi taħseb u tadatta aħjar. Analizza. Scorpio huma magħrufin għall-istabbilità tagħħom. Namaste
Sagittarius (Il-Qaws) mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittarius se tkun dik il-ġimgħa li mill-esperjenzi li int esperjenzajt fil-passat tikkombina dak li huwa essenzjali biss dak li hemm riesaq lejk.Sagittarius huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste
Capricorn (Il-Wott) mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn se tkun ġimgħa fejn int trid tagħti ħarsa madwarek. Wasal il-mument li tagħraf int xi trid u x’hemm bżonn għalik minn issa’ l quddiem sabiex ħajtek tkompli titkattar. Capricorn huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste
Aquarius (Iż-Żir) mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius se tkun ġimgħat fejn trid twettaq analiżi ta’ dak li seħħ madwarek f’dawn l-aħħar ġranet. Minn dak li seħħ int issa trid tagħraf sew kif ser tħares lejn il-futur tiegħek. Aquarius huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste
Pisces (Il-Ħut) mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces se tkun ġimgħa ta’ tqassim aħjar bejn il-karriera, l-imħabba u bżonnijiet tiegħek. Taf li minħabba l-ħidma qed tesperjenza żbilanċ minn din il-formazzjoni. Għalhekk tajjeb li tirrifletti. Oisces huma magħrufin għas-sensittività li joffru. Namaste
Namaste
PaulJon | D Psychic Consultant & Author