PAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SEC
  • HOME
  • ABOUT
  • HOROSCOPE
  • ARTICLES
  • PUBLICATIONS
  • NAMASTE
  • SERVICES
  • CONTACT
✕
BIDU TAL-ĦDAX IŻ-ŻODJAKU TA’ AQUARIUS mwassal mill-Astroloġista PaulJon
January 26, 2024
L-OROSKOPJU TA’ SAN VALENTINU mwassal mill-Astroloġista PaulJon
February 14, 2024
February 10, 2024

L-ERBA’ KRISTALLI GĦAŻ-ŻODJAKU TA’ Aquarius mwassal mill-Astroloġista PaulJon

L-Erba’ kristalli kkumbinati ma’ dan iż-żodjaku huma dawn :  

AQUAMARINE – ROSE QUARTZ – SELENITE – AMETHYST  

L-astroloġija huwa suġġett li ma fih ebda tmiem. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien l-astroloġija tibqa’ dejjem toffrilna dawk l-aspetti profondi u interessanti marbuta mal-ħajja tagħna kemm għall-bżonnjiet jew miri tagħna.

L-astroloġija tipprovdi kalendarju żodjaku bbażat fuq diversi aspetti bħal l-Oroskopju, il-kristalli, ix-xemgħat u oħrajn. Minn diversi stħarriġ jirriżulta li seba’ persuni minn kull 10 isegwu dawn l-aspetti, iżda l-kalendarju żodjaku jipprovdi wkoll dawk il-kombinazzjonijiet taż-żodjaki, il-fażijiet tal-qmura, il-kombinazzjoni tal-kuluri, tal-ġranet, ta’ numri iżda wkoll il-kombinazzjoni tal-KRISTALLI! Fost ħafna oħrajn u proprju f’dan l-artiklu se nkun qed nwassal dik l-informazzjonni bażika dwar il-KRISTALLI kkombinati biss maż-żodjaku ta’ Aquarius.

Bosta mill-qarrejja ta’ din il pagna jesprimu kemm hemm bżonn aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett tant interessanti tal-kristalli. Iżda nixtieq niġbed l-attenzjoni biex ma nħallux ħmerijiet ta’ dawk il-ftit li jipprovaw iħalltu l-kunċett ta’ benefiċċju pożittiv ta’ dawn il-kristalli ma’ xi twemmin partikolari!

F’dan l-artiklu se nkun qiegħed inwassal dik l-informazzjoni bażika dwar l-erba’ kristalli kkombinati ma’ dan iż-żodjaku ta’ Aquarius biex nagħrfu kemm nistgħu nibbenefikaw enerġija pożittiva minn dan is-sors naturali ta’ dawn il-kristalli. Iżda rridu nagħrfu li kull kristalla waqt kull żodjaku għandha sors differenti.



L-ewwel Kristal : AQUAMARINE

Din l-ewwel kristalla se toffri dak il-benefiċċju li int timtela’ b’aktar kuraġġ sabiex tasal fejn tixtieq. Tagħmlek aktar kalm ħalli tikkumbatti n-nervi waqt li tagħmlek tagħraf aktar il hajja tiegħek. Kemm huwa importanti li ħajtek tħobba u tapprezza kull minuta tagħha fost oħrajn. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u l-Ħamis. Din il-kristalla għandha titpoġġa fil-kamra fejn tirrilassa u tinxtegħel fil-ħin ta’ bejn il-ħamsa u l-11 ta’ filgħaxija.

It Tieni Kristalla : ROSE QUARTZ

Din it-tieni kristalla se toffrilek il-benefiċċju sabiex tagħtaf is-saħħa tiegħek fir-rigward ta’ eżerċizzju, palat u anke xi eżamijiet partikulari biex int tista’ tagħraf il-kundizzjoni tiegħek aħjar. Dan waqt li toffrilek dak il-bilanċ meħtieġ li żgur jaf ikollok nuqqas minnu fost oħrajn. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma dawk tal-Ħamis u Sibt u għal l-aħjar riżultat ta’ enegija pożittiva din il-kristalla għandha titpoġġa fil-kamra ta’ sodda, waqt li tinxtegħel bejn il-ħin tas-seba’ u l-ħdax ta’ filgħaxija.



It-Tielet Kristalla: SELENITE

Din it tielet kristalla ser toffrilek il-benefiċċji li tagħraf aħjar dak biss li huwa meħtieġ għalik. Tgħinek tegħleb enerġiji negattivi waqt li tagħtik ċans twettaq b’għaqal. Deċiżjonijiet li forsi tħosshom tqal jew bla soluzzjoni fost oħrajn. Il-ġurnata ideali għal din il-kristalla huwa l-jum tas-Sibt u din għandha titpoġġa kemm fil-kamra fejn tirrilassa u kemm fil-kamra tas-sodda. Għandha tinxtegħel dejjem bejn il-ħin tad-disa’ sal-ħin tal-ħdax ta’ filgħaxija.

Ir-raba’ kristalla : AMETHYST

Din ir-raba’ kristalla se toffrilek il-benefiċċji li tnaqqas ħafna tensjoni minn madwarek. Tgħinek torqod aħjar u ġġiblek dik il-paci madwarek fost ohrajn. Din il kristall l-aħjar li titpoġġa fiċ-ċentru tad-dar jew iżżommha fuqek. Tinxtegħel kull nhar ta’ Ħamis u Sibt bejn il-ħinijiet tas-seba’ ta’ filgħaxija sa mhux aktar tard mill-ħin tal-ħdax u nofs.

Hekk għandek dik l-informazzjoni bażika ta’ dawn l-erba kristalli fost xi benefiċċji kombinati ma’ dan iż-żodjaku ta’ Aquarius.

Jekk tkun trid iżjed informazzjoni dwar is-suġġett tista taqra l-pubblikazzjoni tiegħi “Kristalli b’Rakkonti” jew tibgħat SMS fuq 79495804 -99013600 jew żir il website tieghi www.pauljon13.com Namaste. 

Namaste

PaulJon | D Psychic Consultant & Author

Share
2

Related posts

March 17, 2025

BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more
March 16, 2025

13 Points of Pisces


Read more
February 18, 2025

BIDU TAL-ĦDAX IŻ-ŻODJAKU TA’ AQUARIUS mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more

Comments are closed.

PaulJon13

PaulJon D Spiritual Consultant is gifted,
truly and genuinely chosen to
spiritually guide you.

ASTROLOGIST, PSYCHIC, MEDIUM,
SPIRITUAL CONSULTANT & AUTHOR

Address

A3 Towers, Namaste Apartments
Triq il-Kanonku Karm M Bologna
Paola PLA1560, Malta

Contact

dspiritualist@pauljon13.com
+356 9901 3600
+356 79495804

Latest Articles

  • BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon
    March 17, 2025
  • 13 Points of Pisces
    March 16, 2025
© 2023 | All rights reserved. Designed & Developed by SEANCINI | CREATIVE GURU