13 Points of Aquarius
January 26, 2024L-ERBA’ KRISTALLI GĦAŻ-ŻODJAKU TA’ AQUARIUS
February 10, 2024IL-BIDU TAL-ĦDAX ŻODJAKU TA’ AQUARIUS mwassal mill-Astroloġista PaulJon
Mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-bidu tal-ħdax-il żodjaku ta’ Aquarius għalik
Aries se jkun il-waqt ta’ għarfien bejn dak li
esperjenzajt fil-passat għal dak li llum qed
tesperjenza. Qies għalhekk li tiffoka biss fuq dak li int
għaddej minnu fil-preżent biex bl-esperjenza kollha li
għandek tagħraf tevita kull għawġ li jista’ jiġi għalik.
Aries huma magħrufin għall-abbiltà organizzata
tagħhom Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan il-bidu tal-ħdax iż-żodjaku ta’ Aquarius
għalik Taurus se jgħinek tirrifletti sew dwar dak
li għaddej minnu. Dan sabiex b’hekk tkun
f’qagħda tajba li tagħraf tilqa’ għal dak li ġej fil-
ġimgħat li ġejjin. Jekk taħseb li bħalissa għandek
bżonn xi forma ta’ gwida, qies li tfittixha u
tagħmilx ta’ rasek.
Taurus huma magħrufin għall-ispontanjetà
tagħhom Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-bidu tal-ħdax-il żodjaku ta’ Aquarius
għalik Gemini se jkun perjodu ta’ iżjed ippjanar
dwar dawk l-opportunitajiet ġodda li kapaċi
jiftħulek diversi toroq quddiemek. Iżda issa trid
tagħraf temmen iżjed fik innifsek u fil-
kapaċitajiet tiegħek bil-għan li ma tagħmel il-
pass għall-aħjar tiegħek.
Gemini huma magħrufin bħala persuni li jafu
jikkomunikaw tajjeb Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-bidu tal-ħdax-il żodjaku ta’ Aquarius
għalik Cancer se jagħmlek aktar iffokat, attent u
ippreparat minn dak li forsi s-soltu ma kontx
tagħti dik l-importanza mixtieqa għax is-
sitwazzjoni ta’ madwarek qiegħda tinbidel.
Għalhekk huwa importanti li kull sitwazzjoni hi
x’inhi tagħtiha l-attenzjoni meħtieġa.
Cancer huma magħrufin għall-abbiltà li
għandhom biex jemmnu fihom infushom
Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan il-bidu tal-ħdax iż-żodjaku ta’ Aquarius
għalik Leo se jgħinek tagħraf aħjar il-bżonnijiet
personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtuk fil-
laħam il-ħaj. Dan jaf jgħinek tfittex aħjar fil-
ġewwieni tiegħek sabiex b’hekk tkun aktar
imħejji għal dak li riesaq lejk.
Leo huma magħrufin li bħala nies umli u ta‘
determinazzjoni Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-bidu tal-ħdax iż-żodjaku ta’ Aquarius
għalik Virgo se jgħinek tagħraf aktar kif għandek
tħejji għal dawk id-deċiżjonijiet li resqin lejk fil-
ġimgħat li ġejjin. Dan huwa perjodu delikat
ħafna għalik u trid twieżen sew kull għażla
quddiemek biex ma tieħux deċiżjonijiet
mgħaġġla għax kif ngħidu, qattusa għaġġellija,
frieħ għomja tagħmel!
Virgo huma magħrufin għall-indipendenza
tagħhom Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan il-bidu tal-ħdax iż-żodjaku ta’ Aquarius
għalik Libra se jkun il-waqt li tiżen sew l-
opportunitajiet ġodda fil-karriera. Dan se jkun
għalik xenarju għall-bidla pożittiva, iżda issa
aktar minn qatt qabel trid tkun umli biżżejjed
tagħraf ittejjeb il-ħiliet tiegħek.
Libra huma magħrufin għall-flessibiltà tagħhom
Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-bidu tal-ħdax iż-żodjaku ta’ Aquarius
għalik Scorpio se jfisser li int għandek tagħraf
aktar iċ-ċaqliq li hemm riesaq għalik. Għalhekk
agħraf analizza sew u mill-eżitu tad-deċiżjonijiet
li se tieħu għandek tkun sodisatt iżda dejjem
żomm saqajk mal-art!
Scorpio huma magħrufin għall-burdata stabbli
tagħhom Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan il-bidu tal-ħdax iż-żodjaku ta‘ Aquarius
għalik Sagittarius ser jkun mument li tagħraf
iżjed. Dan hu l-mument li se tagħraf aktar lilek
biex b’hekk tkun kapaċi tasal għal dawk il-
konklużjonijiet tant mixtieqa minnek. Għalhekk
tibżax u emmen biss fejn int tixtieq tasal.
Sagittarius huma magħrufin għall-għarfien
tagħhom lejn oħrajn Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan il-bidu tal-ħdax iż-żodjaku ta‘ Aquarius
għalik Capricorn se jkun il-waqt fejn int trid
tagħraf sew dak li tixtieq u mhux dak li
ħaddieħor jixtieq minnek. Riesaq aktar il-waqt li
int tagħraf tegħleb il-biża‘ iżda agħraf emmen li
int kapaċi tasal ‚’il quddiem. Ovjament kull pass
fih is-sagrifiċċju tiegħu.
Capricorn huma magħrufin għad-
determinazzjoni tagħhom Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-bidu tal-ħdax iż-żodjaku ta’ Aquarius
għalik l-istess Aquarius se jkun ifisser li trid
trattab xi deċeżjonijiet li qed tieħu. Fin-nuqqas
ta’ dan għalik jaf ikun hemm xkiel u għalhekk
f’dan il-mument trid tagħraf tuża aktar moħħok.
B’dan il-mod biss int tista’ tkompli tħares ’il
quddiem.
Aquarius huma magħrufin għall-attenzjoni li
huma jagħtu Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-bidu tal-ħdax iż-żodjaku ta’ Aquarius
għalik Pisces se jkun mument ta’ riflessjoni
dwar il-pożizzjoni fil-madwar tiegħek. Għalhekk
int trid tagħraf taħseb b’aktar għaqal u jekk
jirnexxielek tagħmel dan, se tkun kapaċi tagħraf
iżjed ħilietek .
Pisces huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Namaste
Namaste
PaulJon | D Psychic Consultant & Author