PAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SEC
  • HOME
  • ABOUT
  • HOROSCOPE
  • ARTICLES
  • PUBLICATIONS
  • NAMASTE
  • SERVICES
  • CONTACT
✕
13 Points of Sagittarius
December 5, 2023
Il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn MWASSAL MILL-ASTROLOGU U AWTUR PAULJON
December 30, 2023
December 5, 2023

IL-BIDU TAD-DISA ŻODJAKU TA’ SAGITTARIUS mwassal mill-Astroloġista PaulJon

mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Aries ser ikun il-bidu ta’
prova fejn int issa kapaċi tasal jew twassal dawk l-intenzjonijiet tiegħek. Issa
t-triq tiegħek hija waħda dik tiegħek personali. Iż-żmien li tiddependi fuq
ħaddieħor intemm. Għalhekk analizza l-futur tiegħek sew.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Cancer.
Aries huma magħrufin għal idejat pożittivi li jafu joffru. Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Taurus ser inkun sinjal
fejn għandha tkun id-direzzjoni tiegħek, jekk mhux aktar lejn l-imħabba jew
lejn il-karriera tiegħek. Dan il-mument kont taf li jrid jasal u kellek tkun
imħejji sew għalih. Wettaq dan b’għaqal.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Virgo.
Taurus huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda. Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Gemini huwa dak il-
mument li f’dawn l-erba’ ġimgħat li ġejjin int trid tgħaraf twettaq dak kollu
possibli li int tixtieq. Issa kull ġurnata għalik hija sfida sabiex isaħħaħ kemm
lilek innifsek kif ukoll il-futur tiegħek.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Sagittarius.
Gemini huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Cancer ser iressqek aktar
lejn dak li int qiegħed tħoss ġewwa fik fl-imħabba. Dak li int qiegħed tesperjenza f’din ir-relazzjoni, int issa trid tgħaraf jekk hux vera tħoss dak in-
nar li int tant tħobb.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Taurus.
Cancer huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Leo ser jagħmlek
tirriffletti aktar f’dak li sa issa f’dawn l-ewwel xhur irnexxielek u dak li ma
rnexxilekx twettaq u għaliex ma wasaltx. Għalhekk f’din il-ġimgħa ser
twettaq rifflessjoni profonda sabiex tkun imħejji aktar tajjeb għal dak li
hemm ġej.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Scorpio.
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva’. Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Virgo ser ikun mument li
tgħaraf u tanalizza aħjar il-pjanijiet għax-xhur li ġejjin. Ovvjament trid
tgħaraf issib bilanċ bejn il-karriera u l-ħin personali tiegħek. Żgur qiegħed
tħoss li l-ħin għalik naqas u għalhekk ħejji lilek innifsek b’mod aħjar.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Gemini.
Virgo huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Libra huwa l-mument
idejali li tadatta skeda ġdida u dan sabiex int tkun tista’ tqassam aħjar il-
ħidma tiegħek. Int qiegħed tgħaraf li din kull ma tmur qegħda tevolvi u
għalhekk sabiex ma titlifx il-kontroll wettaq skeda idejali għalik.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Pisces.
Libra huma magħrufin għal-ħeġġa fit-twettieq ta’ dmirijiethom. Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Scorpio huwa mument
idejali sabiex tgħaraf aħjar il-qagħda finanzjarja tiegħek. Dan huwa tajjeb
sabiex fejn int qiegħed żbilanċjat int tilħaq tħejji u tirranġa ċerta tibdil fl-
infieq tiegħek. Dan żgur ippoġik lejn stabbilta’ għal futur aħjar.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Leo.
Scorpio huma magħrufin għal-istabbilita’ tagħħom. Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik l-istess Sagittarius ser
ikun qiegħed ippoġik f’qagħda aħjar fir-relazzjoni tiegħek. Dan għandu jkun
dak il-mument fejn int għandek tkompli tkattar din l-imħabba sabiex
ovvjament deċiżjonijiet oħrajn li ser ikollok twettaq ikunu mwettqa b’mod
aktar trankwill.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Aquarius.
Sagittarius huma magħrufin bħala nies immotvati. Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Capricorn huwa l-waqt
idejali għal dik id-deċiżjoni li tant ilek sabiex twettaq, dik tal-bidla tad-dar.
Issa huwa dak il-mument idejali sabiex twettaq din il-ħolma tiegħek fejn
grazzi għal dan ħajtek ser tieħu nifs ġdid.

Iż-Żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Aries.
Capricorn huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Aquarius huwa mument li
terġa tibda tgħaraf dik il-ħbiberija li int kellek ma’ ħabib li sfortunatament
minħabba taqlib li kien hemm fil-ħajja ta’ madwarek din il-ħbiberija kellha
tintemm. Issa għandek iċ-ċans li terġa tagħqqad dan mill-ġdid.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Libra.
Aquarius huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’dan il-bidu tad-disa żodjaku ta’ Sagittarius għalik Pisces huwa l-waqt li
tgħaraf aħjar dak li int għandek. Issa trid tanalizza l-qagħda tal-madwar
tiegħek b’mod aktar responsabbli. Ovvjament trid tgħaraf li l-ħajja ta’
madwarek inbidlet u għalhekk issa trid tgħaraf aħjar kif ser timxi l-quddiem.

Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Sagittarius.
Pisces huma magħrufin għas-sensittivita’ li joffru. Namaste

Namaste

PaulJon | D Psychic Consultant & Author

Share
2

Related posts

March 17, 2025

BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more
March 16, 2025

13 Points of Pisces


Read more
February 18, 2025

BIDU TAL-ĦDAX IŻ-ŻODJAKU TA’ AQUARIUS mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more

Comments are closed.

PaulJon13

PaulJon D Spiritual Consultant is gifted,
truly and genuinely chosen to
spiritually guide you.

ASTROLOGIST, PSYCHIC, MEDIUM,
SPIRITUAL CONSULTANT & AUTHOR

Address

A3 Towers, Namaste Apartments
Triq il-Kanonku Karm M Bologna
Paola PLA1560, Malta

Contact

dspiritualist@pauljon13.com
+356 9901 3600
+356 79495804

Latest Articles

  • BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon
    March 17, 2025
  • 13 Points of Pisces
    March 16, 2025
© 2023 | All rights reserved. Designed & Developed by SEANCINI | CREATIVE GURU