PAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SECPAULJON-LOGO-SEC
  • HOME
  • ABOUT
  • HOROSCOPE
  • ARTICLES
  • PUBLICATIONS
  • NAMASTE
  • SERVICES
  • CONTACT
✕
L-ERBA’  KRISTALLI GĦAŻ-ŻODJAKU TA’ SCORPIO
November 10, 2023
13 Points of Sagittarius
December 5, 2023
November 15, 2023

L-ERBA’ XEMGĦAT WAQT IŻ-ŻODJAKU TA’ SCORPIO mwassal mill-Astroloġista PaulJon

F’dawn il-ġimgħat esperjenzajna il-qmura kombinati ma’ żodjaku ta’ Scorpio kif ukoll dawk l-erba’ kristalli ideali għal diversi benefiċċji li lkoll jiffurmaw parti ma’ dan it-tmien żodjaku u għalhekk issa jkun xieraq li nistabbilixxu dawk l-erba’ xemgħat li huma kkombinati ma’ dan it-tmien żodjaku ta’ Scorpio.


Ix-Xemgħa hija simbolu tad-dawl u meta tinxtegħel xemgħa din tinxtegħel għal diversi raġunijiet partikolari fosthom, fl-okkażjoni sabiex tfakkar għeluq iż-żmien, għall-għeluq ta’ anniversarju jew sabiex tagħti dawl lejn il-mixja tal-eternità spiritwali ta’ dawk l-għeżież tagħna li jkunu ħallew din id-dinja jew tista’ wkoll tinxtegħel bħala protezzjoni kontra l-enerġija negattiva. 

Propju dwar dan is-suġġett ser inkun qiegħed nikteb f’dan l-artiklu. Jista’ jkun li l-kulur tax-xemgħa minn żodjaku għall-ieħor jibqa’ l-istess però kemm il-benefiċċju kif ukoll il-ġurnata li tinxtegħel li żgur dawn ikunu differenti u għalhekk dejjem irridu noqogħdu attenti kif wieħed jixgħel dik ix-xemgħa partikulari u xi tkun dik ix xewqa partikulari. 

L-informazzjoni li ser inkun qed nwassal dwar ix-xemgħat ser tkun kif aħna nistgħu nkattru dik l-enerġija pożittiva madwarna, il-ġurnata ideali meta x-xemgħa għandha tinxtegħel u kif għandha tintefa’ x- xemgħa fost informazzjoni bażika li int tista’ tingħata. 

L-Erba’ xemgħat ikkumbinati ma’ dan it-tmien żodjaku ta’ Scorpio huma dawn:

Fl-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio tinxtegħel x-xemgħa GRIŻA.

Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio tinxtegħel x-xemgħa ROŻA.

Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Scorpio tinxtegħel x-xemgħa KANNELLA.

Fir-raba’ u l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo tinxtegħel x-xemgħa SAFRA

Fl-ewwel ġimgħa ta’ dan it-tmien żodjaku ta’ Scorpio ser tinxtegħel ix- xemgħa GRIŻA dejjem fil-lejl tat-Tlieta, dejjem bejn il-ħinijiet tas-7.00 u 11.00 ta’ filgħaxija. Ir-raġuni ewlenija hija bla dubju għal bidu ta’ dan it-tmien żodjaku kif ukoll għall-waqt il-fażi tal-qamar kwinta sabiex nissaħħu fil-motivazzjoni u l-istabbilità ta’ madwarna. 

Fit-tieni ġimgħa ta’ dan it-tmien  żodjaku ta’ Scorpio int ser tixgħel ix-xemgħa ROŻA u din tinxtegħel fil-lejl tal-Ħamis u s-Sibt dejjem bejn il-ħinijiet tad-9:00 u 11.00 ta’ filgħaxija. Ir-raġuni li din ix-xemgħa Roża tintxtegħel fit-tieni ġimgħa sabiex int tkun f’pożizzjoni aktar ċentrat kif tasal lejn il-mira personali tiegħek u hekk int tħossok aktar pożittiv fit-twettiq tiegħek.

Namaste

Għal aktar informazzjoni bażika tista’ ssibha fl-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, “L-Oroskopju minn PaulJon” jew ibgħat SMS fuq 7949580 jew tista’ wkoll iżżur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste.

PaulJon | D Psychic Consultant & Author

Share
2

Related posts

March 17, 2025

BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more
March 16, 2025

13 Points of Pisces


Read more
February 18, 2025

BIDU TAL-ĦDAX IŻ-ŻODJAKU TA’ AQUARIUS mwassal mill-Astroloġista PaulJon


Read more

Comments are closed.

PaulJon13

PaulJon D Spiritual Consultant is gifted,
truly and genuinely chosen to
spiritually guide you.

ASTROLOGIST, PSYCHIC, MEDIUM,
SPIRITUAL CONSULTANT & AUTHOR

Address

A3 Towers, Namaste Apartments
Triq il-Kanonku Karm M Bologna
Paola PLA1560, Malta

Contact

dspiritualist@pauljon13.com
+356 9901 3600
+356 79495804

Latest Articles

  • BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA’ PISCES mwassal mill-Astroloġista PaulJon
    March 17, 2025
  • 13 Points of Pisces
    March 16, 2025
© 2023 | All rights reserved. Designed & Developed by SEANCINI | CREATIVE GURU